Fadi S.B Shilig, raġel ta’ 35 sena mill-Libja nżamm taħt l-arrest wara li tressaq il-Qorti mixli li rreżista lill-Pulizija b’mod vjolenti fl-għassa tal-Imsida, tant li żamm l-awtoritajiet milli jagħmlu xogħolhom u fl-istess għassa għamel ħsara fuq bieb tal-ħġieġ.
Id-Difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest minħabba li l-imputat m’għandux indirizz fiss f’pajjiżna.