Ħelikopter militari Kuban iġġarraf u ħalla ħames persuni li kienu abbord mejta. L-ajruplan iġarraf wara li telaq mill-provinċja tal-Holguín għal vjaġġ qasir lejn il-provinċja ta’ Guantánamo.
L-identitajiet tal-vittmi ma ġewx żvelati u minnufih skattat investigazzjoni.
L-aħħar inċident simili f’Kuba kien f’Mejju tal-2018 meta ajruplan iġarraf mat-tluq fl-ajruport ta’ Havana.
Dakinhar kienu mietu madwar 112-il passiġġier u persuna waħda biss baqgħet ħajja.