Fis-sigħat li ġejjin, l-aġenzija Ewropea tal-Mediċini mistennija tirrakkomanda l-vaċċin għall-Covid-19 għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea.
Dan l-iżvilupp jista’ jseħħ fl-isfond ta’ battalja bil-kliem bejn il-kumpanija u l-Unjoni Ewropea dwar kunsinji mwiegħda tal-vaċċin.
Dan wara li l-kumpanija tal-farmaċewtika qalet li esperjenzat problemi fil-laboratorji fejn tipproduċi l-vaċċin f’pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa qalet li l-kumpanija tal-mediċini qed tgħid ħażin meta saħqet li l-ftehim mal-Ewropa ma jorbotx.
L-Unjoni Ewropea talbet lill-kumpanija AstraZeneca biex tipprovdilha iktar dożi tal-vaċċin għall-Covid-19 mill-impjanti fir-Renju Unit, fejn ma jidhirx li l-kumpanija sofriet problemi fil-produzzjoni tal-vaċċin.