Graziella Debono ta’ 44 sena minn San Pawl il-Baħar inħelset mill-arrest wara li tressqet il-Qorti akkużata b’serq minn ħanut tal-annimali fil-Marsa.
Il-każ seħħ nhar it-Tnejn, meta daħal raġel l-Għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun jirrapporta li xi ħadd seraqlu ammont ta’ flus mill-kaxxa tal-flus.
L-akkużata, li wieġbet mhux ħatja għal dawn l-akkużi qalet li tieħu ħsieb oħta b’diżabilità.
Il-Prosekuzzjoni qalet kif il-mara għandha fedina penali kkulurita u b’dan l-allegat reat kissret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqha aktar qabel.
Min-naħa tiegħu l-Avukat Difensur Mario Mifsud talab għall-ħelsien mill-arrest Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli ntqal kif il-mara avviċinat lil sid il-ħanut biex tħallsu.