L-Unjoni Ewropea talbet lill-kumpanija AstraZeneca biex tipprovdilha iktar dożi tal-vaċċin għall-Covid-19 mill-impjanti fir-Renju Unit.
Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa qalet li l-kumpanija tal-mediċini qed tgħid ħażin meta saħqet li l-ftehim mal-Ewropa ma jorbotx.
L-AstraZeneca sofriet problemi fl-impjanti ta’ produzzjoni tal-vaċċin fl-Ewropa iżda mhux dawk fir-Renju Unit.
Il-kumpanija qalet li l-Unjoni Ewropea se jkollha sittin fil-mija inqas tad-dożi mwiegħda għall-ewwel kwart ta’ din is-sena.