Fl-ewwel tmien xhur tas-sena d-defiċit tal-pajjiż naqas kważi bin-nofs ta’ dak li kien is-sena li għaddiet.
Dan permezz ta’ żieda fid-dħul u fl-infieq mill-fond konsolidat tant li kien irreġistrat surplus ta’ €61.9miljun.
Dan permezz ta’ żieda fid-dħul u fl-infieq mill-fond konsolidat tant li kien irreġistrat surplus ta’ €61.9miljun.
Mill-figuri tal-uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika għall-perjodu bejn Jannar u Awwissu, irriżulta li d-defiċit naqas għal kważi €79 miljun minn €141 miljun li kien irreġistrat fl-istess perjodu s-sena li għaddiet.
L-istatistika turi li fl-ewwel tmien xhur tas-sena, l-infieq tal-gvern żdied b’ €38 miljun filwaqt li d-dħul żdied b’ mitt miljun ewro.
Id-dħul tal-gvern ra din iż-żieda konsiderevoli minkejja li l-fondi ewropej f’ dan il-perjodu naqsu. Mitejn miljun ewro mid-dħul rikorrenti tal-gvern ġew mit-taxxi imħallsa.