Erba’ Sirjani u Libjan ġew arrestati b’rabta ma’ allegat sekwestru. Dan wara operazzjoni li wettqu l-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu f’Ħal Safi u fiż-Żurrieq.
Fi stqarrija mill-Korp tal-Pulizija ngħad kif il-kwistjoni jidher li hija dwar is-Sirja u meta l-istess pajjiż kien maħkum mir-ribelli.
L-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti għada taħt arrest b’akkużi relatati ma’ dan il-każ.
L-investigazzjonijet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.