Leo Brincat irriżenja mill-Parlament biex minn nhar it-Tnejn isib postu fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Din ir-riżenja tfisser li issa se jkun qed jinfetaħ il-proċess ta’ by election fuq id-disa’ distrett.
Leo Brincat permezz ta’ facebook irringrazzja lil dawk kollha li kienu ta’ għajnuna matul dan il-proċess, huwa rringrazzja wkoll lill-votanti kollha li għinuh jirrapreżentahom fil-Parlament Malti għal 34 sena.