Il-Prim Ministru Olandiż ikkundanna l-protesti li saru fl-aħħar jiem f’Eindhoven u Amsterdam, li waslu għal ħsarat fuq vetturi tal-pulizija.
Id-dimostranti mexxew dawn il-protesti biex jilmentaw minn miżura li timponihom ikunu ġewwa sa ċertu ħin tal-ġurnata.
S’issa aktar minn tliet mitt persuna qed jinżammu mill-Pulizija b’rabta ma’ dan kollu.