L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia qal li r-rapport ta’ ONE News dwar dak li qalet id-Deputat Nazzjonalista Maria Deguara fuq iż-żgħażagħ ma kienx wieħed falz.
L-Ispeaker spjega li l-Ministru Clint Camilleri korrettament wasal biex tefa’ dubju li Maria Deguara donnha riedet tgħid li ż-żgħażagħ qed ixerrdu l-mard.
Hawnhekk l-Ispeaker qal li ONE News ġie instigat li jagħmel rapport bit-titlu ‘Maria Deguara tgħid li ż-żgħażagħ qed iġibu l-mard lill-vulnerabbli’.
Bi kliem ċar l-Ispeaker qal li r-rapport ta’ ONE News ma kienx wieħed falz.
Madankollu saħaq li r-rapport huwa mgħawweġ għaliex skont l-Ispeaker, Maria Deguara ma qalitx li ż-żgħażagħ qed iġibu l-mard lill-vulnerabbli.