Żagħżugħ ta’ 25 sena mill-Iżvizzera qed jissielet għal ħajtu wara li waqa’ minn fuq is-sur fil-Belt kmieni dalgħodu.
Jidher li l-ġuvni waqa’ mis-swar fi Triq San Bastjan ftit qabel l-4:00 ta’ dalgħodu.
Huwa ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post qabel ma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marsanne Farrugia li issa qed tmexxi inkjesta dwar il-każ. L-investigazzjoni tal-Pulizija wkoll għadha għaddejja.