Illum ingħalaq il-proċess tat-tilqim kontra l-Covid-19 ta’ dawk li kellhom 85 sena jew aktar u li jgħixu fil-komunità.
Dan sostnieh id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
Qal li dawn l-anzjani kienu rċievew l-ittra bl-istedina biex jitlaqqmu.
Spjega li dawk l-anzjani li għal xi raġuni ma rċievew l-ittra u għandhom 85 sena jew aktar u jistgħu joħorġu mid-dar se jkollhom sessjoni speċjali biex jitlaqqmu nhar is-Sibt li ġej.
Il-Ministru għas-Saħħa spjega li dawn l-anzjani għandhom iċemplu 145 biex jitlaqqmu nhar is-Sibt.
Fearne qal li mit-Tnejn li ġej jibda t-tilqim tal-anzjani li ma jistgħux joħorġu minn darhom.
Saħaq li mill-ġimgħa d-dieħla ser jibda t-tilqim ta’ nies ta’ kwalunkwe età li għandhom kanċer u se jibdew jirċievu l-kimoterapija.