• Jieħu żball dwar mingħand min tista’ tixtri Crane Currency
Il-kandidat Nazzjonalista, David Thake, ħa żball kbir meta fuq l-istazzjon tiegħu Switch prova jimplika li l-kumpanija Crane Currency kienet se tixtri l-apparat mingħand kumpanija li tagħha ċ-chief of staff tal-Prim Ministru kien direttur. Biex isostni l-argument tiegħu David Thake ċempel lil Komori Europe, li huma bbażati fl-Olanda.Dan meta kumpanija bħal Crane Currency tixtri mir-Renju Unit mingħand Komori Currency Technology. Naturalment, dan sakemm ma tgħażilx kumpanija oħra. Dan għax minħabba sigurtà dawn il-kumpaniji jinnegozjaw direttament ma’ min jimmanifattura l-apparat u għalhekk kontra dak li prova jallega Thake ix-xiri ma jsirx permezz ta’ Kasco Group.
L-iżball ta’ David Thake kien ripetut fuq il-midja tal-PN u l-blog ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dan huwa l-aħħar attakk minn sensiela tal-Partit Nazzjonalista fuq investimenti li ġew f’pajjiżna.
L-uffiċċju tal-Prim Ministru ddeskriva dan bħala attakk iddisprat li jipprova jxekkel l-investiment dak fuq l-investiment ta’ mitt miljun ewro minn Crane Currency.
Fl-aħħar sigħat il-Partit Nazzjonalista u entitajiet qrib tiegħu prova jagħtu x’jifhem li b’dan l-investiment kien se jmur tajjeb iċ-chief of staff tal-Prim Ministru. Il-Gvern għamilha ċara li bħala entità kummerċjali, Crane Currency, tagħżel hi ma’ min taħdem skont l-esiġenżi tagħha u minħabba kwistjonijiet ta’ sigurta tixtri direttament m’għand min jimmanifattura l-apparat u ma tużax aġenti.
Il-Gvern qal li mhux konxju ta’ deċiżjonijiet kummerċjali li ħadet jew se tieħu l-kumpanija. Quddiem dan l-attak il-gvern qal li se jibqa jipprovdi l-ambjent meħtieġ biex iktar investituri jiġu malta u joħolqu l-impjiegi.
B’reazzjoni għal dan iċ-chief of staff tal-Prim Ministru spjega li ebda kumpanija fi ħdan Kasco Group mhi se tagħti makkinarju lill-kumpanija Amerikana Crane Currency.
Keith Schembri spjega kif il-Makkinarju tal-istampar li tuża l-kumpanija Crance Currency titlob faċilitajiet partikolari, li jistgħu ikunu akkwistati biss mill-manifattur. Iżda jekk Crane Currency jieħdu makkinarju minn Komori, Kasco Group jista’ joffri biss dan is-servizz peress li ilu l-aġent ta’ Komori għall-aħħar tmien snin.
M’hemm l-ebda dubju li minħabba l-kalibru intrnazzjonali li ġġor magħha, Crane Currency se tkun qed tiddeċiedi dan skont il-vantaġġi kummerċjali offruti.
“Inħossni kburi bl-involviment tiegħi fl-investimenti f’Malta minn kull rokna tad-dinja, u minkejja l-attakki fil-konfront tiegħi se nibqa fuq quddiem nett tal-ħidma għall-investimenti f’pajjiżna biex inkomplu noħolqu iktar xogħol għall-familji Maltin. Hija ħasra li Simon Busuttil u sħabu, għal darba oħra qed jinvestu daqshekk enerġija f’attakki kontra investimenti importanti li minnhom jibbenefika poplu sħiħ,” qal Schembri.