Il-Partit Laburista nnota bi pjaċir li l-Kapijiet tal-Gvern tat-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea qablu unanimanet fuq in-nominazzjoni ta’ Malta, Leo Brincat, biex iservi fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri wara li ttieħdet id-deċiżjoni llum.
“Permezz ta’ din id-deċiżjoni li ttieħdet irrenja s-sens komun wara li ħareġ bl-aktar mod ċar u inekwivoku li Leo Brincat mhux biss huwa persuna kompetenti, iżda aktar minn hekk li l-integrità tiegħu qatt ma tpoġġiet f’dubbju minn kull għarbiel li għadda minnu sakemm waslet l-approvazzjoni tiegħu llum” żied jgħid il-Partit.
Kompla jgħid: “tikkuntrasta ma’ din id-deċiżjoni hemm il-pożizzjoni, li ħadd ma jista’ jifhem tal-Kap tal-Oppożizzjoni sforz il-pressjoni li huwa mdawwar biha, li għas-skapitu tagħha prova jagħmel ħsara lill-pajjiż kollu”.