Il-kampanja nazzjonali Pink October se tkun organizzata għat-tielet sena konsekuttiva bil-ħsieb li jinġabru l-fondi u tiżdied il-kuxjenza fuq il-prevenzjoni tal-kanċer tas-sider, ir-riċerka u l-apparat tekniku għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti milquta bil-kanċer.
L-għan ta’ Pink October huwa li jinġabru €90,000 minn kumpaniji, donazzjonijiet privati u minn attivitajiet li se jittellgħu matul ix-xahar t’ Ottubru. Il-fondi se jintużaw biex tinxtara magna Faxitron Biovision, li tkompli ttejjeb il-preċiżjoni dijanjostika u l-effettivita tal-kirurġija tas-sider u ta’ tipi oħra ta’ kanċer.
Id-dettalji tal-attivitajiet tal-kampanja ppjanati għall-edizzjoni ta’ Pink October 2016 tħabbru mill-President tal-Fondazzjoni Marigold Michelle Muscat u mid-Direttur tal-kumpanija JPA Adrian Fabri.
It-tnedija uffiċjali saret fl-uffiċju ċentrali ta’ GlobalCapital, li hija s-sussidjarja ewlenija tal-kampanja, fil-preżenza tal-għaqdiet mhux governattivi lokali Europa Donna Malta u l-Fondazzjoni Action for Breast Cancer.
https://www.youtube.com/watch?v=vuiEMuiOljk