Il-President Elett tal-Istati Uniti Joe Biden mistenni jżomm ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar lejn ir-Renju Unit, ħafna mill-Ewropa u l-Brażil, anke jekk il-President Donald Trump ordna li dawn jitneħħew.
Kelliema għal Biden ikkonfermat li anke wara s-26 ta’ Jannar, il-jum li fih kienu se jieqfu r-restrizzjonijiet, dawn se jibqgħu fis-seħħ.