Leo Brincat se jkun membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri wara li kien approvat mill-Kunsill tal-Ministri. Biex hekk Brincat għadda mit-tielet test, li huwa wkoll dak li jorbot.
Brincat kien approvat b’saħħa mill-gvernijiet tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Xi ħaġa li kien hemm indikazzjoni tagħha wara li l-COREPER (li jiġbor fih l-ambaxxaturi) rrakkomanda b’mod unanimu li Brincat ikun approvat. Leo Brincat kien approvat ukoll mill-kumitat tal-baġit li analizza fid-dettall il-kompetenzi tiegħu.