Gvern għan-nies.
Din il-ġimgħa l-Gvern se jkun qed jinżel fil-komunitajiet, man-nies fl-ibliet u l-irħula tal-Fgura, il-Gudja, Raħal Ġdid, Santa Luċija u f’Ħal Tarxien.
Il-laqgħat se jkunu qed isiru skont direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Din se tkun bħala parti minn inizjattiva biex il-Gvern ikun iżjed fost il-komunitajiet biex jisma’ l-isfidi tan-nies u jinstabu s-soluzzjonijiet ħalli flimkien immexxu lil pajjiżna ‘l quddiem.