Il-Prim Ministru Robert Abela wera s-solidarjetà tiegħu lejn is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci wara li sfat vittma għal attakk sfrenat mill-fazzjoni tal-Eks Kap Simon Busuttil.
Il-fazzjoni tal-Eks Kap Simon Busuttil u li bħalissa tinsab b’ruħha u ġisimha wara Bernard Grech, permezz ta’ Kristina Chetcuti, is-sieħba ta’ Busuttil, qalet li l-Professur Gauci ma tgħidx l-affarijiet kif inhuma meta titkellem fl-aġġornamenti mediċi ta’ kull ġimgħa dwar is-sitwazzjoni tal-imxija f’Malta.
Chetcuti tefgħet ukoll dubju fuq il-vaċċin filwaqt li qalet li Gauci tagħmel diskorsi pompużi mingħajr sustanza.
Saħansitra pruvat tiddieħaq bil-Professur Gauci hekk kif wara sena ta’ ħidma lejl u nhar qaltilha li tista’ tmur tixrob ix-xampanja.
Dwar dan il-Prim Ministru Abela rrimarka l-arroganza li biha jimxu nies qrib Bernard Grech hekk kif sal-lum għadu ma ddistakkax ruħu minn dan l-attakk insulenti.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/01/17/is-siehba-ta-simon-busuttil-tattakka-lill-professur-charmaine-gauci/