Il-Gvern Ingliż qed jevalwa l-impatt ta’ kwistjoni teknika li wasslet biex 150,000 rekord jitħassru mid-database tal-pulizija.
Dan l-iżball ra informazzjoni li tinkludi marki tas-swaba’, DNA u stejjer mill-arkivji ta’ arrest jitħassru.
L-Uffiċċju tal-Intern qalet li din l-informazzjoni hija relatata ma’ persuni li ġew arrestati u mbagħad inħelsu mingħajr azzjoni ulterjuri.
L-informazzjoni ntilfet mis-sistema tal-Pulizija – sistema li taħżen u taqsam informazzjoni ta’ rekords kriminali madwar ir-Renju Unit.
Liema informazzjoni tintuża biex jgħin fl-investigazzjonijiet tal-pulizija u tipprovdi kontrolli f’ħin reali fuq in-nies, il-vetturi u d-delitti, kif ukoll jekk il-persuni suspettati humiex imfittxija għal kwalunkwe reat mhux solvut.
L-iżball kapaċi jfixkel l-investigazzjonijiet futuri tal-pulizija minħabba li l-evidenza tal-marki tas-swaba’ jew tad-DNA ma tkunx tista’ tiġi kontroverifikata ma’ evidenza minn xeni oħra ta’ kriminalità.
Ġie eskluż ukoll li dan seta’ kien xi attakk virtwali.