Ungeriż kien ikkundanat 25 sena ħabs wara li wieġeb ħati li ta’ daqqiet b’imqass lis-sieħba tiegħu lura f’Novembru tal-2012 f’appartament f’San Pawl il-Baħar.
Oriġinarjament ir-raġel ta’ sittin sena ma ammetiex l-akkużi miġjuba kontrih. Iżda, qabel beda jinstema’ l-ġuri dawwar il-verżjoni. B’ kollox hu ta sittin daqqa lis-sieħba tiegħu li hija wkoll omm ta’ żewġ ulied. Is-sieħba mietet fuq il-post minħabba l-ammont ta’ demm li tilfet.
Huwa maħsub li dan il-każ seħħ wara li l-akkużat u l-vittma kellhom argument bejniethom. L-akkużat ġie ordnat iħallas sitt elef u erbgħa mija u ħamsin euro fi spejjeż lill-Qorti.