Abdulwahad Alasawad ta’ tlieta u tletin sena mil-Libja inżamm arrestat wara li ġie mixli bi vjolenza domestika.
Huwa ġie akkużat li beżża’ lill-eks sieħba tiegħu li se tintuża vjolenza kontrija, u heddidha permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni virtwali.
Fil-Qorti il-Maġistrat Neville Camilleri staqsa lill-imputat kif se jwieġeb, u hu qallu li huwa ħati, iżda mhux għall-akkużi kollha.
Għalhekk il-Qorti m’aċċetatx it-tweġiba tal-akkużat.
Meta d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba li l-akkużat jista’ jipprova jitkellem ma’ xi xhieda ta’ dan il-każ, u minħabba li hemm ir-riskju li dan jaħrab mill-pajjiż.
Il-Qorti irrifjutat it-talba għall-ħelsien mill-arrest għaliex mhijiex konvinta li l-akkużat se jimxi mal-kundizzjonijiet tal-Qorti.