Ħames organizazzjonijiet flimkien mal-Kunsill Nazzjonali għaż-żgħażagħ iffirmaw ittra mibgħuta lill-Membri Parlemantari kollha bl-għan li jwasslu l-messaġġ tagħhom li huma favur li żgħażagħ ta’ 16-il sena jivvottaw fl-elezzjonijiet kollha.
Din l-ittra iffirmawa l-Forum Żgħażagħ Laburisti, l-għaqda studenteska Pulse, L-Istudenti Demokristjani Maltin, Alternattiva Demokratika Żgħażagħ kif ukoll il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista. Huma jemmnu li ż-żgħażagħ m’humiex biss il-futur ta’ pajjiżna iżda anke l-preżent u li għalhekk għandhom jingħataw id-dritt li jkunu parti mid-direzzjoni politika ta’ dan il-pajjiż.
L-organizazzjonijiet appellaw lill-Membri Parlamentari sabiex żgħażagħ ta’ 16-il sena jibdew jivvottaw mill-elezzjoni tal-2018.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/09/Vote16-letter-from-youth-and-student-political-organisations-and-KNZ.pdf”]