It-Tlieta filgħaxija waqt li kien qiegħed jindirizza l-Parlament, il-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech iddikjara li mhux kapaċi jagħmel aktar minn ħaġa waħda fl-istess ħin.
Grech qal dan waqt diskors li kien qed jagħmel b’rabta mat-tieni qari tal-liġi storika biex ikun hemm rappreżentanza ugwali tas-sessi fil-Parlament wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Għal din id-dikjarazzjoni tal-Kap tal-Opożizzjoni, il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli qalet kif dak li għadu kif qal Bernard Grech fil-Parlament mhuwiex kliem ta’ xi ħadd li jaspira li jkun Prim Ministru tal-pajjiż.
Dan għaliex irwol bħal dan jesiġi li mexxej ikollu ċertu kapaċitajiet, partikolarment f’sitwazzjonijiet bħal ma laqtet lid-dinja, dik tal-pandemija.
ARA: