Libjan ta’ 38 sena ma nstabx ħati li seraq l-passaport ta’ martu sabiex jitlaq minn Malta flimkien ma’ bintu u t-tfajla tiegħu.
Dan wara li l-Qorti ddikjarat li ma kienx hemm biżżejjed provi fil-każ.
Il-Libjan kien tressaq il-Qorti is-sena l-oħra b’akkużi ta’ serq u pussess ta’ passaport iffalsifikat.
It-tfajla tal-Libjan kienet għamlet sorpriża lill-maħbub tagħha fejn ħaditlu ħsieb għas-safra lejn il-Belġju iżda imbagħad l-ajruport qaltlu li hi ġejja miegħu.
Il-Libjan qal li hu ma kienx jaf li t-tfajla tiegħu użat il-passaport ta’ martu.