Fl-aħħar sigħat, 80 persuna oħra fiequ mill-Covid-19, filwaqt li feġġew 240 każ minn fost 3,354 test.
Dan ifisser li 93% tat-testijiet li saru ġew negattivi filwaqt li 7% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 550,267 test.
Intant persuna oħra mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.