Żewġ infermiera, li kienu nstabu ħatja għall-mewt ta’ pazjent wara li faga waqt li kien qed jiekol tiġieġa kellhom il-piena tagħhom imnaqqsa fl-istadju t’appell.
Żewġ infermiera, David Sant u Carol Bonnici nstabu ħatja ta’ omiċidju involontarju wara li pazjent bid-dimensja ta’ 46 sena kien nstab wiċċu ‘l isfel mal-art fil-kamra tal-banju wara li kien faga fl-ikel tiegħu.
Il-Qorti osservat li fl-2012, il-kura medika mogħtija lil vittma kienet naqset mil-livelli mistennija, u b’hekk ikkontribwiet għal mewt.
Wara li rat dawn il-fatturi, il-Qorti tal-Appell ħadet nota wkoll tal-fatt li l-mewt ma kinitx attribwibita biss lill-appellanti, u b’hekk naqset il-piena bin-nofs il-multi mogħtija mill-ewwel Qorti, jiġifieri minn €7,000 għal €4,000 għal Sant u €2,000 għal Bonnici minflok l-€4,000 oriġinali.