Għal darb’oħra, l-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu DBRS, ikklassifikat l-ekonomija ta’ pajjiżna fil-livell A high b’andament stabbli.
F’rapport dettaljat, l-esperti tad-DBRS innutaw bosta aspetti ta’ pajjiżna fl-ewwel sena ta’ Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela.
Fil-fatt id-DBRS, aġenzija internazzjonali ta’ kreditu ta’ fama u rispett minn bosta kkummentat b’mod pożittiv ħafna dwar ir-riformi kbar li saru tul l-elfejn u għoxrin favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u l-ġlieda tal-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna kontra l-kriminalità finanzjarja.
Riformi, li fi kliem bosta esperti huma importanti biex pajjiżna jibqa’ jattira l-investiment u jkattar il-fiduċja minn investituri ħalli r-rota ekonomika tibqa’ ddur.
Id-DBRS, magħrufa li ma tħares lejn wiċċ ħadd meta tħejji rapport, saħqet li l-amministrazzjoni l-ġdida mmexxija mill-Prim Ministru Robert Abela mexxiet ‘il quddiem sforzi biex is-saltna tad-dritt f’Malta tissaħħaħ.
“The new administration led by Prime Minister Robert Abela has provided a new impetus to efforts to strengthen the rule of law.”
Id-DBRS, aġenzija bbażata fil-Kanada, qalet li l-awtoritajiet Maltin implimentaw numru ta’ riformi ambizzjużi biex jissaħħu r-riżorsi umani u finanzjarji tal-awtoritajiet għas-servizzi finanzjarji.
“Dan wassal għal riżultati u qabdiet sinjifikanti meta saru numru ta’ spezzjonijiet u f’infurzar ieħor li sar is-sena l-oħra”, qalu l-esperti tal-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu.
“The Maltese authorities implemented a series of ambitious reforms on this front and strengthened the human and financial resources of the financial services authorities which resulted in a significant pick-up in terms of inspections and enforcement actions taken last year.”
Intant id-DBRS innutat li s-settur tax-xogħol f’pajjiżna felaħ sew għad-daqqa kbira tal-pandemija u semmiet ir-rata baxxa ta’ qgħad ta’ 3.9% f’Ottubru li għadda, li hija relattivament simili għar-rata ta’ qgħad li pajjiżna kellu qabel faqqgħet il-pandemija.
“The labour market has withstood the shock relatively well, with the unemployment rate broadly in line with pre-pandemic levels at 3.9% in October 2020.”
Intqal kif l-iskema t’għajnuna tal-Gvern, tal-Covid Wage Supplement, kellha rwol importanti fil-ħidma biex jiġu salvati l-impjiegi.
“The wage supplement scheme has played a key role in protecting employment.”
L-esperti tad-DBRS semmew ukoll miżuri importanti tal-Budget għal din is-sena u hawnhekk jerġgħu jsemmu l-Covid Wage Supplement, li l-Gvern estenda sa Marzu u l-ħruġ mill-ġdid tal-vouchers biex ikompli jsaħħaħ id-domanda domestika u jgħin lin-negozji Maltin u Għawdxin.
Dan apparti numru ta’ miżuri soċjali li jammontaw għal 2.2% tal-prodott domestiku ta’ pajjiżna, fosthom żieda oħra fil-pensjonijiet, iċ-children’s allowance u anki titjib fl-in-work benefit.
“Budget 2021 includes an extension of the wage supplement until March, a new voucher rollout, and other social-oriented measures amounting to 2.2% of GDP, according to the European Commission.”
Fir-rapport tagħha, DBRS qalet ukoll li pajjiżna għadda mill-kriżi tal-pandemija, li laqtet lid-dinja kollha, wara żmien twil ta’ andament ekonomiku b’saħħtu u pożizzjoni fiskali b’saħħitha.
Hawnhekk issemmew is-surplus wara l-ieħor li kien irreġistra pajjiżna fl-aħħar snin u kif dawn swew ta’ mitqlu deheb biex pajjiżna kellu fejn jimmanuvra u jilqa’ għad-daqqiet bla preċedent li ġabet il-pandemija tal-Covid-19.
“Malta entered the current crisis after a prolonged period of strong economic and fiscal performance, which provided the government valuable fiscal headroom to soften the pandemic setback.”
L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu ssemmi kif fl-aħħar snin kien hemm żmien fejn id-dejn kompla nieżel ’l isfel u dan għen mhux ftit biex il-Gvern jirrispondi sew għad-daqqa tal-pandemija mingħajr ma jżid id-dejn b’rati allarmanti.
“Malta’s public debt-to-GDP ratio stood at 42.6% following a period of steep reductions in the ratio. This has provided the government with valuable room to respond to the coronavirus shock, without materially jeopardising debt sustainability.”
Id-DBRS tkellmet ukoll dwar il-qagħda fiskali ta’ pajjiżna, fosthom dwar id-dejn imqabbel mal-prodott domestiku gross u sostniet kif dan naturalment tela’ frott anki s-sostenn li qed jagħti l-Gvern biex jibqa’ jkun ta’ spalla għan-negozji f’dan iż-żmien ta’ sfida.
Iżda filwaqt li bħal kull pajjiż ieħor, id-dejn imqabbel mal-prodott domestiku gross żdied, l-esperti tad-DBRS jistmaw li fiż-żmien li ġej, dan se jkompli jonqos.
“DBRS Morningstar continues to expect the debt ratio to resume its downward trajectory over time.”
B’hekk id-DBRS tħoss li l-qagħda fiskali ta’ pajjiżna se tkompli titjieb hekk kif tgħaddi l-pandemija u l-ekonomija tibda tikber.
“DBRS Morningstar expects the government to gradually return to a healthier fiscal position over time as the pandemic fades and the economic expansion becomes self-sustained.”
Ir-rapport isemmi wkoll miżuri oħra li taw nifs lin-nies u lin-negozji fosthom il-moratorju u jirreferi wkoll għas-settur turistiku li kif mistenni ħa daqqa kawża tal-imxija iżda li mistenni jibda jiċċaqlaq u jerġa’ jibda jdawwar ir-rota fiż-żmien li ġej.
Fuq Twitter il-Prim Minsitru Robert Abela qal li hu kburi li wara sena fil-kariga, din l-aġenzija qalet li l-amminstrazzjoni mmexxija minnu introduċiet sforzi ġodda biex tissaħħaħ is-saltna tad-dritt fil-pajjiż.
Fi stqarrija l-gvern Malti laqa’ l-aħħar ċertifikat tal-Aġenzija, u nnota li esperti internazzjonali huma fiduċjużi dwar il-prospetti ta’ pajjiżna.
Il-Ministru għall-Finanzi u Clyde Caruana innota b’sodisfazzjon il-konferma tal-klassifikazzjoni u qal li l-Gvern se jkompli jimplimenta l-bidliet meħtieġa biex isaħħaħ l-oqfsa finanzjarji u ekonomiċi ta’ pajjiżna u se ikompli jibni fuq ir-riformi ġudizzjarji li diġà nbdew.
2021 starts with #DBRS confirming #Malta’s A(high) rating.
Proud that after a year in office this agency has concluded “the new administration led by PM Robert Abela has provided a new impetus to efforts to strengthen the rule of law”. – RA pic.twitter.com/erhvogvm9m
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) January 9, 2021