Il-Lufthansa Technik Malta laqgħet l-appoġġ kontinwu tal-Gvern Malti tul il-pandemija, li wkoll se jkompl jappoġja l-industrija tal-avjazzjoni
Dan ħareġ propju fi żjara li għamlet il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli f’din il-kumpanija, fejn enfasizzat l-impenn tal-gvern li jgħin lill-industrija tal-avjazzjoni, fil-kuntest ta’ pandemija li qed tħalli l-effetti tagħha madwar id-dinja.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Lufthansa Technik Malta John Mahon kellu biss kliem ta’ tifħir għall-Gvern Malti, fejn qal li dejjem kellhom relazzjoni eċċellenti mal-Gvern Malti u kif l-appoġġ kontinwu mill-gvern u mill-Malta Enterprise, flimkien mal-impenn mil-Lufthansa u l-flessibilità kontinwa tal-kumpanija u l-ħaddiema dedikati, huma l-pedamenti meħtieġa biex jerġgħu jaqbdu triqithom.
“Our relationship with the Maltese Government has always been excellent and so it is a great pleasure for me today to welcome Minister Dalli. The effect the pandemic had on our industry, company has been extreme, and we still face major challenges in order to get back the production levels of 2019. We need the continued support from the Government and Malta Enterprise.”
Lufthansa Technik Malta li timpjega ‘l fuq minn 550 ħaddiem u tiffoka fuq il-manutenzjoni, it-tiswija u l-overhaul ta’ ajruplani. Din hija waħda mid-diversi kumpaniji f’Malta li bbenefikaw mill-iskema tas-suppliment tal-pagi matul l-2020 u se tkompli tibbenefika mill-iskema riveduta.
Min-naħa tagħha l-Ministru Dalli qalet semmiet il-ħidma tal-Gvern f’dan il-qasam.
“Aħna bħala Gvern kommessi li nkomplu nsostnu l-industrija tal-avjazzjoni f’pajjiżna u rridu nagħmlu dan bl-iskemi li jistgħu jgħinu l-industrija tal-avjazzjoni. Ewlenija fosthom kienet l-għajnuna tal-wage supplement li dan il-Gvern huwa kommess li jkompli iwassal lill-industriji lokali l-aktar li għandhom bżonn.”
L-industrija tal-avjazzjoni tiġbor flimkien bosta setturi differenti inklużi t-trasport bl-ajru, ajruporti, il-manifattura ta’ ajruplani u l-Manutenzjoni, Tiswija u Operazzjonijiet, li kollha huma marbutin ma’ xulxin u affettwati mill-isfidi kkawżati mill-pandemija, inklużi r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar bl-ajru.