Fil-Qorti Kriminali, l-Imħallef Edwina Grima ordnat li ċertu telefonati rrekordjati minn Melvin Theuma jiġu esebiti bħala evidenza kontra t-tliet akkużati mixlija bħala l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
L-Imħallef ordnat ukoll il-kontroeżami ta’ Theuma li ġie pospost wara li dan prova jweġġa’ lilu nnifsu f’Lulju li għadda.