Raġel ta’ 38 sena ġie meħlus wara li nqabad jikser il-kundizzjonijiet imposti mill-Qorti.
Ir-raġel li ngħata l-ħelsien mill-arrest wara każ ta’ vjolenza domestika kien imwaqqaf f’roadblock fejn ġie arrestat fuq il-post minħabba li dan ma setax joħroġ mid-dar wara ċertu ħin.
L-akkużat qal li kellu appuntament fl-isptar ta’ Monte Karmeli.
Fil-Qorti d-Difiża nnutat li kien hemm żball f’waħda mid-dati, għaliex l-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest f’Awwissu tal-2020 u mhux f’Settembru tal-istess sena.
B’hekk l-unika akkużi tal-imputat huwa li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti li ma jeżistux, għaliex kienu bbażati fuq ix-xahar ta’ Settembru.
Minħabba din in-nuqqas ta’ evidenza, il-Maġistrat Rachel Montebello ħelset lir-raġel mill-akkużi tiegħu.