Il-vaċċin kontra l-Covid-19 żviluppat mill-kumpanija Moderna x’aktarx toffri protezzjoni għal madwar 24 xahar, sostna dan il-Kap Eżekuttiv ta’ Moderna Stephane Bancel fil-jum tal-Ħamis. Madanakollu xorta għad hemm bżonn t’aktar informazzjoni biex din l-ammissjoni tkun ivverifikata.
Is-Sur Bancel qal illi l-antibodies iġġenerati mill-vaċċin biex jiġġieldu kontra l-virus idumu biex jiddeterjoraw u għalhekk jemmnu li l-protezzjoni kontra l-Coronavirus tista’ sservi għal tal-inqas sentejn.
Huwa tenna illi l-vaċċin żviluppat minn Moderna huwa effettiv ukoll kontra l-varjant tal-Covid-19.
Il-vaċċin tal-kumpanija farmaċewtika Amerikana għadu kif ġie approvat ilbieraħ mill-Awtorità Ewropea għall-Mediċini, l-EMA.