Erba’ persuni nqatlu waqt dimostrazzjonijiet minn persuni favur Trump li mhux qed jaċċettaw ir-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali. Fil-binja magħrufa bħala Capitol kien hemm kaos sħiħ, b’atti vjolenti u nies armati dehru jkissru twieqi u jidħlu fejn kien qed jitlaqqa’ l-Kungress.
Kawża ta’ dan, kellu jieqaf il-vot biex il-membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti u s-Senaturi jiċċertifikaw formalment lil Joe Biden bħala s-46 President tal-Istati Uniti. Il-vot tkompla kmieni dalgħodu kif ikkalmat is-sitwazzjoni.
Xħin waslu għall-vot tal-Istat ta’ Pennsylvania, is-Senaturi kellhom jirtiraw biex jiddibattu oġġezzjoni dwar il-voti elettorali tal-istess stat, imressqa minn rappreżentanti Repubblikani. Is-senat ivvota kontra l-oġġezzjoni b’maġġoranza ta’ 92 vot, kienu biss 7 voti rreġistrati favur.
Intant, fi tweet il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Amerka għandu jkollha bidla fl-amministrazzjoni tal-pajjiż li timxi b’mod ħarir u fil-paċi. Dan ħalli r-rieda tal-poplu rispettata.
Il-Prim Ministru Malti saħaq li hu ċert li l-istituzzjonijiet Amerikani se juru reżiljenza f’dan il-mument.
#USA 🇺🇸 must ensure a peaceful & smooth transition of power so that the will of the people is respected – I’m sure that #USA institutions & their system of checks & balances will show their resilience – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) January 7, 2021
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/01/06/dimostranti-ta-trump-jidhlu-fil-capitol-u-jwaqqfu-milli-biden-ikun-certifikat-bhala-president1/