Matthew Portelli ta’ ħamsa u tletin sena ngħata l-aħħar ċans mill-Qorti tal-Appell sabiex ibiddel ħajtu. Dan wara li s-sentenza ta’ seba’ snin ħabs tnaqqsitlu għal dik ta’ tliet snin probation.
Portelli nstab ħati li kien parti minn grupp ta’ ħallelin li serqu minn diversi ħwienet u żewġ karozzi fi tliet xhur fl-2011. Hu kien wieġeb ħati għal diversi akkużi kontrih.
Il-Qorti tal-Appell ikkunsidrat li Portelli kien ammetta l-involviment tiegħu f’fażi bikrija tal-każ.
Il-Qorti nnutat ukoll li l-imputat irranġa ħajtu.