Fil-Qorti tal-Appell, is-sentenza ta’ Lawrence Attard, li kien instab ħati bi qtil involontarju ta’ tfajla billi pprovdilha d-droga eriona, naqset b’erba snin.
Attard kien instab ħati talli aktar minn għoxrin sena ilu, kien il-persuna responsabbli għall-mewt ta’ Theresa Agius, li mietet b’overdose.
Fl-elf disgħa mija disgħa u disgħin, meta Agius kellha għoxrin sena, kienet irrappurtata nieqsa sakemm instab il-katavru tagħha fil-baħar.
Kien hawn meta ħabib tagħha qal lill-pulizija li kien ra raġel jinjetta l-eroina fil-vittma.
Fl-elfejn u tlettax, Attard kien weħel sitt snin ħabs.
Attard appella fejn qal li ma kienx hu li biegħ id-droga lill-vittma.
Din l-akkuża kienet ġiet irtirata.
Il-Qorti nnutat kif ma kienx hemm dubju li Theresa Agius kienet tixtri d-droga mill-appartament tal-akkużat, iżda hu wieġeb li hu kien jgħix hemm u li ma kellux x’jaqsam max-xiri tad-droga użata fil-mewt ta’ Agius.
Il-Qorti qalet li ma tistax tinjora l-akkuża serja ta’ traffikar tad-droga iżda żiedet li minħabba ż-żmien twil biex tinqata’ din il-kawża u l-fatt li l-akkużat tejjeb ħajtu, Attard għandu jeħel sentejn ħabs u multa ta’ elf ewro.