L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-EMA, irrakomandat l-approvazzjoni tal-vaċċin għall-Covid-19 tal-Moderna.
Fuq twitter, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen qalet li d-deċiżjoni tal-EMA hija aħbar tajba.
Qalet li l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ċċertifikat li l-vaċċin tal-Moderna huwa sigur.
Ftit wara, il-Kummissjoni Ewropea approvat id-distribuzzjoni tal-vaċċin ta’ Moderna.
L-ordni li għandha Malta mill-kumpanija ta’ Moderna hija ta’ mitt elf doża.
Dawn se jingħaqdu mas-sitt mija u sebgħin elf doża li għandu garantiti pajjiżna m’għand il-BioNtech u Pfizer.
Good news for our efforts to bring more #COVID19 vaccines to Europeans!
@EMA_News assessed that the @moderna_tx vaccine is safe & effective.Now we are working at full speed to approve it & make it available in the EU.
— Ursula von der Leyen (@vonderleyen) January 6, 2021