Malta telgħet tmien postijiet fl-indiċi tal-kompettività ppubblikat mill-World Economic Forum. B’hekk Malta telgħet fl-40 post minn 138 pajjiż.
L-Olanda hija l-pajjiż Ewropew li jikklasifika l-ewwel f’din il-lista li tanalizza bosta aspetti, filwaqt li fuq nett tal-lista hemm l-Iżvizzera, Singapore u l-Istati Uniti.
Fost oħrajn l-istudju jħares lejn l-istituzzjonijiet, l-infrastruttura, l-effiċejnza fis-suq u l-effiċjenza fis-suq tax-xogħol, l-iżvilupp tas-suq tal-finanzi u l-kobor tas-suq, f’din tal-aħħar Malta tikseb l-inqas riżultat tajjeb. Xi ħaġa mistennija meta wieħed iqis iċ-ċokon ta’ pajjiżna. Għalkemm imbagħad niksbu r-raba’ post meta wieħed iqabbel l-esportazzjoni bħala persentaġġ tal-Prodott Domestiku Gross.