Armla ġiet ordnata tħallas €13,000 għan-nuqqasijiet li kien għamel żewġha. Il-Qorti ordnat din il-multa fuq il-mara ta’ Paul Camilleri li kien miet wara li fl-2008 splodew għadd ta’ murtali maħżuna fil-garaxx tiegħu f’żona residenzjali.
Maria Camilleri argumentat li hi mhux responsabbli għal dak li għamel żewġha tant li anki rrinunzjat il-wirt ta’ żewġha. Hija anki sostniet li ma kinitx taf li r-raġel tagħha kien qed jaħżen in-nar b’mod illegali.
Madankollu l-Qorti stabilit li l-mara ġieli daħlet fid-dar mill-garaxx u ma setgħetx tfarfar mir-responsabilità.
Għalhekk hija ġiet ordnat tħallas kumpens lil familji Vella u Agius filwaqt li familja oħra li sofriet xi ħsarat fid-djarha ma ħaditx kumpens għaliex kienet kopruta minn polza tal-assigurazzjoni.