Tard it-Tnejn filgħaxija l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ħabbar lockdown nazzjonali għall-Ingilterra wara li l-infezzjonijiet żdiedu fil-pajjiż. Il-lockdown beda jgħodd min-nofsillejl.
L-iskejjel kollha se jagħlqu u t-tagħlim kollu jeħtieġ isir b’mod virtwali. Johnson appella biex kulħadd jobdi r-restrizzjonijiet imħabbra ħalli titrażżan l-imxija.
It-Tnejn biss, fir-Renju Unit ġew irrappurtati iżjed minn 50,000 każ ta’ Coronavirus f’jum wieħed, għas-seba’ jum konsekuttiv.
Il-biċċa l-kbira tal-Iskozja wkoll tinsab taħt lockdown sal-aħħar ta’ Jannar, kif ħabbret il-Ministru Ewlieni għall-Iskozja, Nicola Sturgeon.
Il-lockdown imħabbar fl-Ingilterra mistenni jibqa’ fis-seħħ għal minn tal-anqas sitt ġimgħat li ġejjin, li ġew deskritti mill-Prim Minsitru Johnson bħala l-agħar s’issa.
Johnson stqarr: “The weeks ahead will be the hardest yet. But I really believe we entered the last phase of the struggle. With every jab in our arms, we are tilting the odds against Covid.”