Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump jordna lill-uffiċjal tal-elezzjoni ta’ Georgia biex isibu biżżejjed voti biex jinqaleb ir-riżultat tal-elezzjoni.
Infatti f’recording ta’ telefonata maħruġa mill-ġurnal Washington Post Trump jinstema jordna lis-Segretarju Repubblikan tal-Istat Brad Raffensperger li jinstabu 11,780 vot sabiex dan iseħħ. Trump jinstema jgħid li ser jittieħdu passi legali jekk mhux ser titieħed azzjoni.
Intant Raffensperger wieġeb li r-riżultati tal-istat ta’ Georgia huma korretti. B’Joe Biden rebaħ Georgia flimkien ma’ stati u eventwalment rebaħ 306 vot tal-kulleġġ elettorali filwaqt li Trump akkwista 232 vot.