Ir-rivista Lonely Planet żvelat il-25 destinazzjoni ‘sigrieta’ li temmen li wieħed għandu jżur. Fil-quċċata: Malta!
L-ibħra Maltin u l-pożizzjoni ta’ Malta bejn Sqallija u l-Afrika ta’ Fuq kienu dawk li wasslu lil Malta tirbaħ dan it-titlu, bl-artikolista Abigail Blasi tisħaq li wieħed m’għandux sempliċement jara lil Malta bħala post ideali għal turisti mdaħħlin fl-età. Għall-kuntrarju, għandu jiġi pajjiżna min huwa midħla tal-arkitettura, ristoranti u lukandi. Issemmiet b’mod partikolari l-gżira Għawdxija, għal dak li kapaċi toffri fejn jidħol scuba diving.
Hawn hija l-lista sħiħa: