Joseph Spiteri ta’ 64 sena mill-Kalkara tela’ quddiem il-Qorti mixli b’diversi akkużi.
Huwa ġie akkużat li fit-2 ta’ Jannar ikkaġuna feriti gravi fuq is-sieħeb ta’ bintu, ġarr fuqu arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr liċenzja, saq vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan u kiser l-paċi pubblika.
L-imputat wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi.
Spiteri ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €200 u garanzija personali ta’ €4000. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom li ma jistax javviċina lil bintu jew is-sieħeb tagħha.
Spiteri ġie ordnat ukoll ma jsifirx, ma jinħebiex mill-Pulizija u li jidher fil-Qorti meta jiġi msejjaħ.
Il-kawża se tkompli tinstema minn Maġistrat ieħor fil-futur.