L-Iżrael ta l-vaċċin kontra l-COVID-19 lil aktar minn miljun persuna.
Dan ifisser li tnax fil-mija tal-poplazzjoni Iżraeljana diġà ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin u għalhekk jagħmilha l-ogħla rata li ngħatat s’issa fid-dinja.
Dan jikkonfermah sit online li qed jieħu nota tal-ammonti ta’ vaċċin li qed jingħataw fil-pajjiżi madwar id-dinja b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Oxford.
L-Università ta’ Oxford flimkien mal-kumpanija AstraZeneca żviluppaw vaċċin kontra l-Coronavirus u li aktar kmieni din il-ġimgħa ġie approvat ukoll biex jibda jintuża fir-Renju Unit.