Il-professjonisti li jaħdmu fis-servizzi psikjatriċi tat-tfal u l-adoloxxenti flimkien mal-kantanti Paul u Gianluca Bezzina nedew diska bil-għan li jkattru l-għarfien tal-problemi ta’ saħħa mentali fost iż-żgħażagħ.
Qalet kif, “Għamilniha biex noħolqu għarfien għaż-żgħażagħ stess u għalhekk ddeċidejna li ninvolvu żgħażagħ li għaddew minn esperjenzi ta’ saħħa mentali biex huma permezz tal-esperjenza tagħhom żgħażagħ oħra jaraw li hemm tama għal dak li għaddew minnu.”
L-infermiera Christie Attard spjegat kif il-lirika ta’ din il-kanzunetta, bl-isem ta’ “All I Need”, inħolqot waqt diversi sessjonijiet ta’ mużika fis-sala tat-tfal tal-Isptar Monte Carmeli.
Spjegat li, “Kienu jsiru sessions ma Gianluca u Paul fejn inħolqot il-lirika, mużika fejn ħadu sehem fiha saħansitra wħud miż-żgħażagħ li wkoll ħadu sehem biex ikantaw f’din id-diska”
Dan il-proġett sar possibbli grazzi għal fondi li ngħataw għal din il-kawża mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Fond tal-President għall-Kreattività.