L-iskejjel kollha fl-Ingilterra għandhom jinagħlqu għal ġimagħtejn wara l-waqfa tal-Milied minħabba żieda qawwija fil-coronavirus.
Is-Segretarju tal-Edukazzjoni Gavin Williamson qal li l-iskejjel primarji kollha ta’ Londra se jibqgħu magħluqa nhar it-Tnejn. Huwa qal li l-għeluq tal-iskejjel kien l-aħħar soluzzjoni quddiem sitwazzjoni li qed timxi b’rata mgħaġġla.
In-numru ta’ każijiet ġodda ta’ Covid fir-Renju Unit ammonta għal 50,000 għal dawn l-aħħar erbat ijiem, hekk kif il-pajjiż qed isibha ta’ sfida sabiex jikkontrolla l-varjant ġdid tal-virus.
Il-livelli għoljin ta’ infezzjonijiet bil-coronavirus fil-kapitali Ingliża poġġew aktar pressjoni fuq l-isptarijiet.