Raġel ta’ 35 sena ndarab gravi u kellu jingħata l-kura meħtieġa wara li qala’ daqqa ta’ martell mingħand raġel ieħor f’argument.
Dan seħħ għall-ħabta tat-3:15 ta’ waranofsinhar meta r-raġel midrub flimkien ma’ raġel ieħor ta’ ħ45 sena rrapportaw fl-għassa ta’ San Ġiljan li allegatament ġew aggrediti minn raġel ieħor. Jidher ukoll li ftit wara raġel ieħor għamel rapport fl-istess għassa, u allega li argumenta ma’ żewġ persuni oħra.
Mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija rriżulta li kien qam argument bejn l-irġiel fi Triq San Ġorġ u allegatament, wieħed minnhom sofra daqqiet ta’ martell.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.