Il-Kumpanija MIDI se tiftaħ l-aċċess għal Manoel Island għall-pubbliku minn tmiem din il-ġimgħa.
Skont dak li qed jiġi irraportat mit-Times of Malta, l-aċċess għall-pubbliku se jkun mill-grada tal-entratura, għall-kosta taħt il-Forti Manoel. Il-pubbliku se jkun jista’ jimxi tul il-Kosta.
Il-Ġimgħa li għaddiet l-Awtorita tal-Ippjanar ħarġet avviz infurzar u l-kumpanija kellha ħmistax-il ġurnata ċans biex tieħu azzjoni neċessarja.