Għal sena oħra tħejjiet b’suċċess il-maratona ġbir ta’ fondi b’risq id-Dar tal-Providenza.
Kien propju fl-ewwel tas-sena f’nofsinhar li nfetħu l-linji tat-telefon sabiex il-Maltin jgħinu bi ħġarhom lil din id-dar tant importanti.
Il-maratona ġbir ta’ fondi b’risq id-Dar tal-Providenza ilha ssir għal diversi snin.
Dan bil-għan li tkun ta’ sostenn għas-servizzi li toffri ta’ kuljum din id-dar li tiġbor fi ħdanha residenti b’diżabilitajiet differenti. Fil-fatt huwa stmat li d-Dar tal-Providenza tonfoq mal-€5 miljun fis-sena
B’differenza għal snin oħra minħabba l-pandemija, din is-sena l-Festa ta’ Ġenerożita ma saritx fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi, iżda fi studios televiżi f’Ħal Qormi.
B’hekk il-maratona setgħet issir filwaqt li tibqa’ konformi mal-miżuri mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Din is-sena wkoll kienet waħda differenti ferm mingħajr il-preżenza fiżika tad-Direttur tad-Dar Fr Martin li sfortunatament hekk kif sa ftit ta’ żmien ilu kien qed jiġġieled kontra l-marda tal-kanċer.
Madankollu huwa ngħaqad b’mod virtwali ma’ din il-maratona.