Fi żmien il-festi, il-ħidma fil-kamra tal-kontroll tal-Korp tal-Pulizija tiżdied bil-għan li tkun tista tgħin fl-operazzjonijiet tal-Pulizija kif ukoll ir-rapporti li jidħlu mingħand il-pubbliku. Dan spjegatu s-Surġent tal-Pulizija, Sue Haber.
Qalet kif, “F’dawn iż-żminijiet l-andament tax-xogħol huwa għoli għax in-nies joħorġu aktar. Ta min jgħid li minħabba l-Command and Control huwa l-qalba tal-Korp tal-Pulizija l-Korp qatt ma jieqaf”
Is-Surġent Haber kompliet tispjega li l-ħidma fil-kamra tal-kontroll tinkludi l-koordinazzjoni bejn id-diversi sezzjonijiet tal-Korp.
Spjegat, “Jekk tidħol telefonata tiġi evelwata n-natura tgħha u jintbagħtu l-Pulizija li hemm bżonn fuq il-post”
Hawnhekk appellat ukoll biex il-pubbliku ma jagħmilx telefonati foloz għax kull telefonata tittieħed b’serjetà u telefonati bħal dawn jeħlu riżorsi li jistgħu jintużaw f’inċidenti u sitwazzjonijiet veri.
Qalet, “Kull tip ta telefonata tiġi meqjusa bħala ġenwina u jekk ma jkunx il-każ tkun saret telefonata bla bżonn u in vera jkollu bżonn ibati konsegwenzi involontarji”
F’dan iż-żmien ta’ festi fi żmien daqstant straordinarju, s-surġent Haber appellat għar-responsabbiltà tal-pubbliku.
Sostniet, “L-appell tagħna huwa biex kulħadd jimxi mal-istruzzjunjiet tas-saħħa u niftakru li jekk se tixrob ma ssuqx. F’isem il-Korp nixtieq nawgura lil kulħadd saħħa, paċi u ġid”