Karoly Nazlo Nagy ta’ sittin sena se jiġi estradit lura lejn pajjiżu wara li ġie arrestat f’Malta waqt li kien fuq mandat t’arrest Ewropew.
Ir-raġel ġie arrestat mill-Pulizija tal-Investigazzjonijiet Internazzjonali waqt li kien qed jiġi mfittex għar-reati li wettaq fl-Ungerija relatati ma’ serq. F’pajjiżna huwa kien jgħix f’appartament fi Triq Patri Magri fil-Ħamrun.
L-Ispettur Mark Galea spjega li l-mandat t’arrest kien ħareġ mill-Awtoritajiet Ungeriżi f’Settembru ta’ sentejn ilu. Ir-raġel, li ġie assistit fl-awla permezz ta’ siġġu tar-roti minħabba ksur f’waħda mir-riġlejn ta l-kunsens sabiex jintbagħat lura lejn pajjiżu sabiex jiskonta s-sentenza li kien ħarab minnha.
Stqarrija tal-Pulizija kienet spjegat li r-raġel ġie arrestat fl-inħawi tal-Imsida mill-Pulizija Maltija wara ġimgħat t’investigazzjoni. Fil-Qorti nstema’ kif ir-raġel suppost qed jiskonta sentenza ta’ erba’ snin ħabs f’pajjiżu dwar każ ta’ serq aggravat madankollu qabel beda jiskonta s-sentenza huwa laħaq ħarab.